English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • Dwarna
    Il-Viżjoni tagħna X'Nagħmlu Libertà tal-Informazzjoni FAQS
  • OPS
    Struttura Organizzattiva ERDF.04.168
  • REMOTE WORKSPACES TAL-GVERN
  • Ikkuntattjana
  • image
    Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz
    DIRETTORAT TAL-KWALITA' TAS-SERVIZZ RATE THE PUBLIC SERVICE STRUTTURA ORGANIZZATTIVA
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità MANWALI Formoli u Templates Struttura Organizzattiva
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies Kundizzjonijiet tas-Servizz Dixxiplina One-Stop-Shop Policies u Guidelines Rapporti Leave Bank PSMC e-Forms PSMC Previous Versions Struttura Organizzattiva
    Strateġija għan-Nies u Proġetti
    Strateġija għan-Nies u Proġetti Struttura Organizzattiva
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza Stima tal-Prestazzjoni Struttura Organizzattiva
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali Struttura Organizzattiva
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi Struttura Organizzattiva
  • Dwarna
    Il-Viżjoni tagħna X'Nagħmlu Libertà tal-Informazzjoni FAQS
  • OPS
    Struttura Organizzattiva ERDF.04.168
  • REMOTE WORKSPACES TAL-GVERN
  • Ikkuntattjana

  • Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz
    DIRETTORAT TAL-KWALITA' TAS-SERVIZZ RATE THE PUBLIC SERVICE STRUTTURA ORGANIZZATTIVA
  • Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità MANWALI Formoli u Templates Struttura Organizzattiva
  • Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies Kundizzjonijiet tas-Servizz Dixxiplina One-Stop-Shop Policies u Guidelines Rapporti Leave Bank PSMC e-Forms PSMC Previous Versions Struttura Organizzattiva
  • Strateġija għan-Nies u Proġetti
    Strateġija għan-Nies u Proġetti Struttura Organizzattiva
  • Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza Stima tal-Prestazzjoni Struttura Organizzattiva
  • Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali Struttura Organizzattiva
  • L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi Struttura Organizzattiva

Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza

L-objettivi ewlenin tad-Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza huma li:

Jiżviluppa aktar u jmantni sistema ta’ informazzjoni komprensiva u mifruxa mas-servizz kollu dwar ir-riżorsi umani bil-għan li jipprovdi evalwazzjoni tal-informazzjoni regolari, eżatta, kwalitattiva u fi żmien xieraq għal ippjanar aħjar.

Jiżviluppa aktar u jimplimenta sistema ta’ evalwazzjoni effettiva tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-impjegati.

Jimmaniġġja l-introduzzjoni ta’ sistemi mekkaniċi u/jew elettroniċi bl-iskop li tiġi rreġistrata l-attendenza.

Jgħin lid-dipartimenti jiġġustifikaw l-użu tal-istaff u jirrevedu s-sistemi u l-metodi tax-xogħol tagħhom.

Iwettaq riċerka u jibqa’ aġġornat dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-Sistemi tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u għal dan l-iskop jibni librerija adegwata.

Jorganizza u jmantni fora neċessarji għad-Diretturi tas-Servizzi Korporattivi u Maniġers tar-Riżorsi Umani u jżommhom infurmati dwar żviluppi u proċeduri ġodda.

Jiġbor data relatata mal-istudji li qed jitwettqu fl-Amministrazzjoni Pubblika kollha permezz ta’ stħarriġ, kwestjonarji, eċċ.

Jiżviluppa aktar u jmantni s-sit(i) web relattivi għad-Diviżjoni dwar Nies u Standards u l-Portal tar-Reklutaġġ u jiżgura li jkunu aġġornati kontinwament.

Performance Appraisal


Fl-1994, is-Servizz Pubbliku Malti introduċa Performance Management Programme għall-impjegati tiegħu biex gradwalment iwaqqaf ir-Rapporti tal-Klassifikazzjoni tal-Prestazzjoni u jintroduċu sistema ta’ evalwazzjoni ġdida. Din is-sistema, magħrufa aħjar bħala PMP, kienet sistema ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni fejn il-prestazzjoni tal-impjegati kienet evalwata fil-konfront ta’ standards ta’ output u kwalità approvati. Kienet immirata lejn relazzjonijiet tax-xogħol aħjar u aktar mqarrba bejn is-superviżuri u l-impjegati tagħhom.

Il-Performance Management Programme (PMP) ġie sospiż mill-1 ta’ Jannar 2016, bi tħejjija għall-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida li kienet konformi mal-impenn tal-Gvern lejn it-tiġdid u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-operat tas-Servizz Pubbliku, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet u l-kompetenzi tar-Riżorsi Umani tiegħu. Matul dan il-perjodu, kellha tintuża l-Formola Temporanja tal-Performance Management Programme bħala sostituzzjoni għall-PMPs. Dan id-dokument serva l-istess skop bħal kwalunkwe dokument tal-PMP meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2016 (Ċirkolari tal-OPM Nru 23/2015).

Mill-1 ta’ Awwissu 2016, tnediet il-Performance Appraisal System il-ġdida fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Din is-sistema l-ġdida, li hija kompletament awtomatizzata u elettronika, se tippermetti lill-utenti biex jidħlu fis-sistema permezz tal-Kont tal-Active Directory tagħhom, jiġifieri permezz tal-ums login u l-password tagħhom, u mbagħad jimlew id-dettalji relatati mal-evalwazzjoni tagħhom direttament fis-sistema (Ċirkolari tal-OPM Nru 20/2016).

L-objettiv ewlieni ta’ din il-Performance Appraisal System il-ġdida hu l-valutazzjoni kompleta tal-individwu bħala parti mill-Public Service Performance Management Programme ġenerali. Hija wkoll għodda mmirata biex ittejjeb l-akkontabbiltà u s-sodisfazzjon fl-impjieg, filwaqt li toffri viżibbiltà fuq il-ħtiġijiet għal taħriġ u żvilupp. Din mhux biss se toħloq ambjent ta’ motivazzjoni b’ħerqa għal kisbiet ogħla, iżda tgħin ukoll biex tidentifika u tiżviluppa mexxejja futuri.
Din is-sistema hi maħsuba għal dawk l-impjegati li kienu eliġibbli għall-Performance Management System (PMP) preċedenti.

Twaqqfet helpline fuq in-numru tat-telefown +356 2200 1051 u indirizz elettroniku ġeneriku: [email protected] fi ħdan id-Direttorat tar-Riċerka u s-Sistemi tal-Personnel biex tgħin lill-utenti u s-superjuri bi kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollhom.

Downloads tal-Manwali tal-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni


Biex tniżżel il-Manwal PA-APPRAISEE-V4, agħfas hawn (aġġornat l-aħħar 10/04/2019) arrow

Biex tniżżel il-Manwal PA-APPRAISER-V4, agħfas hawn (aġġornat l-aħħar 10/04/2019) arrow

Biex tniżżel il-Manwal PA-Confirming Appraiser-V4, agħfas hawn (aġġornat l-aħħar 10/04/2019) arrow

Sistemi tar-Riżorsi Umani

Fl-1996, il-Gvern ta’ Malta beda juża l-ewwel għodda tar-Riżorsi Umani inter-Ministerjali tiegħu magħrufa bħala HRIMS. Is-sistema ġiet żviluppata internament mill-Malta Information Technology and Training Services (issa MITA). Għalkemm ġiet introdotta bħala “prototip”, kompliet taqdi sew l-iskop tagħha għal bosta snin. Madankollu, inħasset il-ħtieġa li din is-sistema tinbidel minħabba d-domanda dejjem tikber għal sistema aħjar u aktar b’saħħitha li tkun kapaċi timmaniġġja r-rekwiżiti dejjem jiżdiedu tagħna.


Bis-saħħa ta’ A.L. 327/2009, ir-responsabbiltà għall-governanza tal-payroll tal-Gvern ġiet ittrasferita mid-Dipartiment tat-Teżor għall-Uffiżżju tal-Prim Ministru, u f’dik l-istess sena, ġiet mogħtija offerta mill-MITA lil Dakar Software Systems biex jissostitwixxu s-sistema attwali tal-payroll. Din is-sistema tal-payroll inkludiet ukoll funzjonijiet bażiċi tar-Riżorsi Umani, u kienet l-ewwel pedament għal sistema ta' informazzjoni tar-Riżorsi Umani konsolidata. Il-bidla strateġika lejn Sistema tal-HR/Payroll integrata hija mmirata għal aktar vantaġġi speċjalment fir-rigward tal-entrati tad-data billi ż-żewġ funzjonijiet ser ikunu miġbura f'database waħda u jitnaqqsu b'mod drastiku żbalji fl-entrati. Il-migrazzjoni mis-sistema l-qadima għad-Dakar-HR twettqet u s-sistema l-ġdida issa qiegħda topera.

Portal tar-Reklutaġġ


Il-Portal tar-Reklutaġġ tal-Gvern ta’ Malta joffri soluzzjoni elettronika għall-proċessi tal-għażla attwali fi ħdan is-Servizz Pubbliku u permezz tiegħu l-impjegati u l-pubbliku ġenerali jistgħu jissottomettu u jaġġornaw profil personali bil-Curriculum Vitae tagħhom; jaraw pożizzjonijiet vakanti fis-Servizz Pubbliku; jissottomettu elettronikament l-applikazzjonijiet tagħhom għal pożizzjonijiet vakanti fis-Servizz Pubbliku; u jiċċekkjaw l-istatus tal-applikazzjoni tagħhom mill-kumdità ta’ darhom. Barra minn hekk, is-servizz huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

Is-sit, li hu mmaniġġjat b’mod konġunt mid-Direttorati tan-Nies, l-Ippjanar tar-Riżorsi, u l-Konformità,  u dak tar-Riċerka u s-Sistemi tal-Personnel, jista’ jkun aċċessat fuq il-URL https://recruitment.gov.mt. Jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ e-ID personali, jew permezz ta’ sistema ta’ aċċess żviluppata speċifikament għal dawk li m’għandhomx e-ID. Jistgħu wkoll jintużaw filtri u tfittxijiet fuq is-sit kif meħtieġ.


Żur RECRUITMENT.GOV.MT arrow

Linji gwida dettaljati dwar kif tissottometti applikazzjoni online permezz ta’ dan is-sit arrow

Open Accordion Item Close Accordion Item Refund Policy

Refund Policy

Refunds Consent Form

Open Accordion Item Close Accordion Item Data Protection

Declaration Form regarding Conflicts of Interest and Non-Discrimination (PSC Form No. 6)

Data Protection Requirements for Attendance Verification Systems (AVSs) Document

Data Protection Public Administration Human Resources Corporate Procedures

Open Accordion Item Close Accordion Item Forms and Templates

Consolidated Performance Bonus Request Form

Performance Appraisal Changes Request Form

Government Logo
  • Dwarna
  • Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
  • Direttorat tal-Kwalita' tas-Servizz
  • Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
  • Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
  • STRATEĠIJA GĦAN-NIES U PROĠETTI
  • Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
  • Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
  • Ikkuntattjana
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation