English Maltese
Public Service Logo divider Logo
  • Dwarna
    Il-Viżjoni tagħna X'Nagħmlu Libertà tal-Informazzjoni FAQS
  • OPS
    Struttura Organizzattiva ERDF.04.168
  • REMOTE WORKSPACES TAL-GVERN
  • Ikkuntattjana
  • image
    Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz
    DIRETTORAT TAL-KWALITA' TAS-SERVIZZ RATE THE PUBLIC SERVICE STRUTTURA ORGANIZZATTIVA
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità MANWALI Formoli u Templates Struttura Organizzattiva
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies Kundizzjonijiet tas-Servizz Dixxiplina One-Stop-Shop Policies u Guidelines Rapporti Leave Bank PSMC e-Forms PSMC Previous Versions Struttura Organizzattiva
    Strateġija għan-Nies u Proġetti
    Strateġija għan-Nies u Proġetti Struttura Organizzattiva
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza Stima tal-Prestazzjoni Struttura Organizzattiva
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali Struttura Organizzattiva
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi Struttura Organizzattiva
  • Dwarna
    Il-Viżjoni tagħna X'Nagħmlu Libertà tal-Informazzjoni FAQS
  • OPS
    Struttura Organizzattiva ERDF.04.168
  • REMOTE WORKSPACES TAL-GVERN
  • Ikkuntattjana

  • Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz
    DIRETTORAT TAL-KWALITA' TAS-SERVIZZ RATE THE PUBLIC SERVICE STRUTTURA ORGANIZZATTIVA
  • Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
    Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità MANWALI Formoli u Templates Struttura Organizzattiva
  • Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
    Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies Kundizzjonijiet tas-Servizz Dixxiplina One-Stop-Shop Policies u Guidelines Rapporti Leave Bank PSMC e-Forms PSMC Previous Versions Struttura Organizzattiva
  • Strateġija għan-Nies u Proġetti
    Strateġija għan-Nies u Proġetti Struttura Organizzattiva
  • Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
    Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza Stima tal-Prestazzjoni Struttura Organizzattiva
  • Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
    Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali Struttura Organizzattiva
  • L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi
    L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi Struttura Organizzattiva

Id-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies

Id-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies

Il-missjoni tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies hija li jipprovdi sapport u pariri dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani, b’mod partikolari fl-ambitu tar-relazzjonijiet man-nies; biex ifassal, iniedi u jevalwa policies bil-għan li l-forza tax-xogħol tal-Amministrazzjoni Pubblika, u b’mod partikolari s-Servizz Pubbliku, tirrifletti l-metodi ta’ tmexxija moderni, u tkun kapaċi tindirizza l-għanijiet tal-gvern u l-ħtiġijiet tal-pubbliku.

Id-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies għandu rwol importanti fit-tfassil u l-istandardizzazzjoni ta’ policies relatati mal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-uffiċjali pubbliċi. Id-Direttorat iservi bħala l-punt fokali ewlieni għad-dipartimenti rigward il-kundizzjonijiet tal-impjieg, l-allowances, dixxiplina, leave speċjali, miżuri favur il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u prattiki moderni fuq il-post tax-xogħol. Permezz ta’ kontrolli tal-konformità kontinwi fil-Ministeri, jiġi żgurat li l-policies jiġu osservati.

Ir-rwol tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies huwa kkumplimentat mis-servizzi offruti mill-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u l-Grievances Board, fejn jiġi żgurat li l-appoġġ jingħata b’mod olistiku lill-uffiċjali pubbliċi minn post wieħed.  Is-servizzi offruti mill-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u mill-Grievances Board huma: 

One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi:
Din il-Unit sservi bħala punt ta’ referenza ċentralizzat għall-Uffiċjali Pubbliċi kollha li qed ifittxu għajnuna jew informazzjoni rigward l-impjieg tagħhom mas-Servizz Pubbliku. Il-One-Stop-Shop jipprovdi gwida u sapport lill-uffiċjali pubbliċi f’oqsma relatati ma’ kwistjonijiet varji rigward il-kundizzjonijiet tal-impjieg mas-Servizz Pubbliku, bħal leave speċjali, promozzjonijiet u progressjonijiet, allowances, gwida dwar il-karriera, miżuri favur il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u prattiki moderni fuq il-post tax-xogħol.

Grievances Board:
Il-Bord għandu l-inkarigu li jinvestiga każijiet sottomessi minn Uffiċjali Pubbliċi rigward kwistjonijiet relatati ma’, iżda mhux limitati għal, ksur ta’ drittijiet relatati mal-karriera u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjali pubbliċi, diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol,  bullying u fastidju.

Bħala parti mill-inkarigu tiegħu li jipprovdi appoġġ lill-impjegati pubbliċi, id-Direttorat huwa responsabbli wkoll għall-amministrazzjoni tal-Bank Ċentrali tal-Leave, li huwa mekkaniżmu biex jgħin lill-impjegati pubbliċi b’leave mogħti b’donazzjoni meta jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli minħabba problemi umanitarji serji.

Dixxiplina


Ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 2023, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023, filwaqt li jżommu d-delega ta’ awtorità li bħalissa tista’ tiġi eżerċitata mill-Kapijiet tad-Dipartiment, jiffokaw fuq is-simplifikazzjoni ta' kif tiġi eżerċitata d-dixxiplina billi tiġi delegata aktar is-setgħa, u jitneħħew proċessi mhux neċessarji jew duplikati. Ir-regolamenti l-ġodda jenfasizzaw ukoll it-trasparenza u l-ekwità waqt il-proċeduri dixxiplinari. Il-miżuri l-aktar sinifikanti f’dan il-qasam huma, fost oħrajn, l-introduzzjoni ta’ perjodi ta’ skadenzi ġodda għall-Kapijiet tad-Dipartiment biex jieħdu azzjoni sabiex jiġi limitat it-tul ta’ żmien meħtieġ biex jiġi konkluż każ ta’ dixxiplina; u l-possibbiltà biex l-uffiċjal akkużat jissottometti appell jew rappreżentazzjoni fl-istadji kollha tal-proċess dixxiplinari.

Fid-dawl tal-impenn tal-Gvern biex il-proċessi jiġu ssimplifikati, inħoloq manwal biex jgħin lill-Kapijiet tad-Dipartimenti, il-Maniġers tar-Riżorsi Umani u l-uffiċjali pubbliċi, fl-ipproċessar tal-każijiet ta’ dixxiplina fid-Dipartimenti. Il-manwal, li nħareġ bis-saħħa tad-Direttiva 11, għandu l-għan li jgħin lil dawn l-uffiċjali fil-kompitu tagħhom li jimmaniġġjaw każijiet dixxiplinari, sew jekk jirriżultaw minn każ dixxiplinari jew kriminali, skont ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 2023.

Id-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies iservi bħala l-punt ta’ referenza biex jiggwida u jassisti lid-dipartimenti rigward kwistjonijiet relatati mad-dixxiplina, u jeżerċita rwol ta’ sorveljanza biex jiżgura l-konformità fil-Ministeri kollha.


Niżżel ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 2017 arrow

Niżżel ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 2023 arrow
Logo
  • Dwarna
  • Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
  • Direttorat tal-Kwalita' tas-Servizz
  • Direttorat tar-Riżorsi Umani u Konformità
  • Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies
  • STRATEĠIJA GĦAN-NIES U PROĠETTI
  • Direttorat tas-Sistemi tal-Personnel u tal-Osservanza
  • Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali
  • Ikkuntattjana
Logo
Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità