Ir-Remote Workspaces tal-Gvern huma faċilitajiet ta’ xogħol maqsuma u disponibbli għall-Uffiċjali Pubbliċi li r-rwoli tagħhom huma kompatibbli ma’ arranġamenti ta’ xogħol lil hinn mill-uffiċju prinċipali tagħhom. Dawn l-ispazji jinsabu fi ħdan uffiċċji tal-Gvern kif ukoll f’numru ta’ uffiċċji ta’ Servizz.gov madwar Malta u Għawdex. Huma maħsuba biex jappoġġjaw xogħol flessibbli billi jippermettu lill-uffiċjali jaħdmu eqreb lejn darhom.
Ir-Remote Workspaces joperaw fuq bażi ta’ “hot desking”, jiġifieri jistgħu jintużaw mingħajr il-ħtieġa ta’ prenotazzjoni minn qabel u huma disponibbli fuq il-prinċipju ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel, matul il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ.
Dawn il-faċilitajiet huma aċċessibbli mingħajr prenotazzjoni. L-uffiċjali jistgħu jżuru kwalunkwe wieħed mis-siti indikati matul il-ħinijiet tal-ftuħ u jgħamlu użu minn kwalunkwe skrivanija jew kamra tal-laqgħat disponibbli.
Postijiet Disponibbli
Bħalissa, ir-Remote Workspaces huma disponibbli f’dawn il-lokalitajiet: