Il-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri Tagħna
Il-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri Tagħna
Il-Viżjoni Tagħna
Fid-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards nagħtu valur lin-nies u nagħtuhom is-setgħa
biex jiksbu Servizz ta’ Eċċellenza għas-Servizz Pubbliku kollu. Permezz ta’ dan
l-approċċ koeżiv, id-Diviżjoni tagħna tiżgura attenzjoni, direzzjoni u
motivazzjoni ugwali kemm lin-nies li jipprovdu s-servizz, kif ukoll
lill-kwalità tas-servizz mogħti lill-klijenti interni u esterni.
Il-Missjoni Tagħna
Il-viżjoni tagħna tinkiseb billi tiġi eżegwita
l-People Business Strategy tas-Servizz Pubbliku permezz ta’ kollaborazzjoni
kontinwa ma’ Ministeri diretti, li nqisuhom bħala s-sħab strateġiċi tagħna.
Permezz ta’ delega ta’ awtorità, nistinkaw flimkien għat-twettiq ta’ politiki
tar-Riżorsi Umani u sistemi tal-maniġment olistiċi, l-implimentazzjoni,
is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid kostanti tagħhom. Żewġ prijoritajiet ewlenin huma t-titjib
kontinwu tal-prestazzjoni u l-benesseri tan-nies, u ż-żamma ta’ servizz ta’
kwalità.
Il-Valuri Tagħna
Nemmnu li għandna noffru l-eċċellenza b'mod
kontinwu, nipprovdu għajnuna effettiva b'mod konsistenti u noffru servizz ekwu
mwettaq bid-diliġenza dovuta, b'responsabbiltà u b'integrità.
X’nagħmlu
Fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards nagħtu valur lin-nies sabiex jinkiseb Servizz ta’ Eċċellenza li jkun jixraq lill-pubbliku ġenerali.
Nemmnu f’Amministrazzjoni Pubblika li b’mod kostanti ttejjeb is-servizz ta’ kwalità tagħha li huwa allinjat ma’ erba’ pilastri, jiġifieri: li tisma’ u tifhem lill-klijent; li tfassal u timplimenta politiki li jissodisfaw l-aspettattivi tal-klijenti; li twassal servizz ta’ kwalità permezz ta’ servizzi fil-ħin, ta’ standard għoli u li jkunu faċilment aċċessibbli; u li jkun hemm akkontabbiltà fejn in-nies li jipprovdu s-servizzi pubbliċi jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tas-Servizz ta’ Eċċellenza li qed nistinkaw għalih.
Dan huwa possibbli permezz tal-kompetenza professjonali tan-nies li jifformaw id-Diviżjoni tagħna: id-Direttorat tan-Nies, l-Ippjanar tar-Riżorsi, u l-Konformità, id-Direttorat dwar in-Nies, is-Sapport u l-Benesseri, id-Direttorat tar-Riċerka u s-Sistemi, id-Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali, u d-Direttorat għal Kwalità tas-Servizz. Dawn l-uffiċċji jimmaniġġjaw l-aspetti tattiċi u operazzjonali tar-reklutaġġ, l-ippjanar operazzjonali u l-maniġment strateġiku tar-Riżorsi Umani, ir-riċerka, il-kundizzjonijiet tas-servizz u l-benesseri fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.
L-istaff tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jaħdmu bħala tim biex iwettqu l-istrateġija għal Nies u Standards skont il-prijoritajiet stabbiliti mis-Segretarju Permanenti. Il-Unit għall-Istandards u l-Integrità regolarment timmonitorja l-istandards tal-kwalità tas-servizzi pubbliċi sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttivi tal-Amministrazzjoni Pubblika. Jiġi sostnut ukoll approċċ koerenti lejn l-istandards tal-kondotta u l-prestazzjoni permezz ta’ interazzjoni regolari mal-Ministeri diretti f’materji ta’ etika, dixxiplina u integrità.
Fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards inkunu eżemplari u dejjem nistinkaw biex intejbu l-impenn tagħna biex nagħtu valur lin-nies biex niksbu standards għoljin ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità.