16. F’liema ċirkostanzi ningħata leave
speċjali mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika?
Jekk intgħażilt għal wieħed mill-postijiet
fil-livelli elenkati f’(1), (2) u (3) hawn taħt u soġġett li jkollok 12-il
xahar ta’ servizz mas-Servizz Pubbliku, int tingħata leave speċjali mingħajr
ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika.
(1) Pożizzjonijiet fil-Kabinett jew pożizzjonijiet ta’ fiduċja simili
mal-Kummissarji, l-Imħallfin (il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti
tal-Ewwel Istanza), membri tal-Qorti tal-Awdituri, President tal-Parlament,
President tal-Kunsill Ewropew, membri tal-Kunsill, President tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni;
(2) Jekk il-post mal-Istituzzjoni, il-Korp jew l-Aġenzija tal-EU huwa
fil-kategorija A16, A15, A14, A13;
(3) Jekk il-post mal-Istituzzjoni, il-Korp jew l-Aġenzija tal-EU huwa
fil-kategorija A12, A11, A10, A9.
Tul ta’ żmien: Se japplikaw il-perjodi li ġejjin għal leave mingħajr ħlas
tiegħi għal raġunijiet ta’ politika pubblika għall-kategoriji ddefiniti hawn
fuq hekk kif ġej:
(1) Perjodu massimu ta’ ħames (5) snin li jista’ jiġġedded biex tittieħed
pożizzjoni ta’ fiduċja ġdida ma’ Kummissarju, Imħallef jew President differenti
tal-Istituzzjonijiet imsemmija hawn fuq;
(2) Perjodu massimu ekwivalenti għat-tul ta’ żmien tat-termini tal-kariga
tal-postijiet li għandek;
(3) Perjodu massimu ta’ ħames (5) snin sakemm, jekk ilek fis-servizz pubbliku
għal aktar minn għaxar (10) snin, il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż sa
għaxar (10) snin, limitat madankollu għat-tul ta’ żmien tat-termini tal-kariga
tal-postijiet li għandek, skont liema huwa l-iqsar.
17. Liema kundizzjonijiet huma garantiti meta
jingħata leave mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika?
Sakemm tirrispetta l-kundizzjonijiet u
l-limitazzjonijiet tal-għoti ta’ tali leave speċjali mingħajr ħlas, int se:
[i] Tgawdi d-dritt li tmur lura għall-grad
sostantiv tiegħek fis-servizz pubbliku;
[ii] Tkun eliġibbli għal progressjoni jew
promozzjoni fl-istess klassifikazzjoni;
[iii] Iżżomm id-drittijiet u l-privileġġi
kollha applikabbli għall-uffiċċju pubbliku tiegħek u dawk li jirriżultaw
mill-Ftehim ta’ Klassifikazzjoni rispettiv;
[iv] Is-servizz tiegħek mal-EUjiġi magħdud
bħala servizz mal-Gvern, anke għal finijiet ta’ pensjoni;
[v] Jekk int uffiċjal intitolat għal pensjoni,
is-servizz tiegħek mal-EU jiġi meqjus bħala servizz mogħti lill-Gvern ta’ Malta
għal finijiet ta’ pensjoni taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet;
[vi] Drittijiet tas-sigurtà soċjali miksuba
f’Malta taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) qabel l-impjieg
tal-uffiċjal mal-Istituzzjoni, il-Korp jew l-Aġenzija tal-EUse jiġu
ssalvagwardjati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
18. Meta napplika għal leave speċjali mingħajr
ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika?
Ladarba tirċievi konferma tal-impjieg tiegħek
mal-Istituzzjoni, il-Korp jew l-Aġenzija tal-EU, għandek tikseb l-approvazzjoni
tas-Segretarju Permanenti tiegħek qabel ma tapplika mal-P&SD għal-leave
speċjali mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika.
19. Jeħtieġ navża lid-dipartiment tiegħi jekk
ningħata leave speċjali mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ politika pubblika?
Irid jiġi osservat perjodu ta’ avviż ta’ sitt
xhur, sakemm jekk int tokkupa pożizzjoni li teħtieġ perjodu ta' avviż itwal,
sew kuntrattwali jew xort’oħra, il-perjodu ta’ avviż kuntrattwali itwal
jipprevala.
20.Nista' ningħata estensjoni tal-leave bla ħlas tiegħi minħabba raġunijiet ta' politika pubblika?
Talbiet għal estensjoni tal-liv bla ħlas ta' 5 snin mogħti lil impjegati li għandhom karigi ta' fiduċja ma' Kummissarji, Imħallfin jew Presidenti ta' Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu kkunsidrati biex jibdew impjieg ma' Kummissarju, Imħallef jew President tal-Istituzzjonijiet differenti.
21. X’jiġri jekk nirriżenja mill-post tiegħi
mal-Istituzzjoni, il-Korp jew l-Aġenzija tal-EU, jew il-post tiegħi jiġi
tterminat qabel l-iskadenza tal-perjodu kuntrattwali u/jew il-perjodu approvat
tal-leave mingħajr ħlas?
Jekk tirriżenja jew l-impjieg tiegħek mal-Istituzzjoni, Korp jew Aġenzija Ewropea jiġi terminat qabel l-iskadenza tal-perjodu kuntrattwali u/jew il-perjodu approvat ta' leave mingħajr ħlas, int mitlub tikteb immedjatament lill-P&SD biex titlob li terġa' tibda dmirijietek mal-Gvern u li l-leave mingħajr ħlas tiegħek jintemm.
22. Meta għandi nfittex it-tkomplija
tad-dmirijiet (integrazzjoni mill-ġdid) fis-servizz pubbliku?
It-tkomplija tad-dmirijiet mas-Servizz Pubbliku trid tintalab bil-miktub lill-P&SD, mill-inqas 12-il xahar qabel l-iskadenza tal-leave speċjali mingħajr ħlas tiegħek.
23. Jekk niġi nnominat biex inkun sekondat
bħala Espert Nazzjonali, id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw?
Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq ma
japplikawx għal Esperti Nazzjonali billi huma sekondati mal-Istituzzjonijiet,
il-Korpi u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Tali sekondar, li jista’ jkun għal
perjodi sa mhux aktar minn erba’ snin, isir mill-Gvern b’rispons għal talba jew
sejħa formali maħruġa lill-Istati Membri minn Istituzzjoni, Korp jew Aġenzija
tal-EU. Bħala regola ġenerali, is-salarji ta’ tali uffiċjali sekondati jibqgħu
jitħallsu mid-dipartiment tagħhom f’Malta u l-entità tal-EU tħallas l-allowances
tal-għajxien u l-ivvjaġġar.