L-Entitajiet Koperti
In-Nies, l-Ippjanar tar-Riżorsi, u l-Konformità, P&SD
In-Nies, is-Sapport u l-Benesseri, P&SD
Ir-Riċerka u s-Sistemi, P&SD
Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali, P&SD
Direttorat għal Kwalità tas-Servizz, P&SD
Kategoriji ta’ dokumenti miżmuma mill-P&SD:
Fajls u dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-mili ta’ pożizzjonijiet vakanti fl-Amministrazzjoni Pubblika;
Fajls u dokumenti dwar politiki li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku;
Fajls personali tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku;
Fajls u dokumenti relatati mas-salarji ta’ persuni mħallsa permezz tal-payroll tal-Gvern;
Fajls u dokumenti li għandhom x’jaqsmu mar-relazzjonijiet industrijali u l-ftehimiet settorjali u kollettivi tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku.
Dettalji dwar il-Proċeduri tal-Ilmenti Interni
Applikanti li t-talba tagħhom għal informazzjoni ġiet irrifjutata, jew li inkella mhumiex sodisfatti bl-informazzjoni pprovduta, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba, jistgħu jindirizzaw ilment lill-Uffiċjal għal-Libertà tal-Informazzjoni, P&SD.
L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-E-ID, bil-posta, jew personalment. Formoli manwali jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk jew jinġabru mingħand l-Uffiċjal għal-Libertà tal-Informazzjoni.
L-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal għal-Libertà tal-Informazzjoni, li jgħaddi l-ilment lill-uffiċjal responsabbli. L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant/a fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol minn meta jidħol l-ilment. L-applikanti għandhom jiġi infurmati wkoll li jistgħu jappellaw id-deċiżjoni jew inkella jindirizzaw ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).
L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant/a bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu/tagħha, u fil-każ ta’ konferma tad-deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Meta l-ilmenti tal-applikanti huma relatati mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew mal-estensjoni tad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-Ministeru, u d-deċiżjoni oriġinali tinżamm, l-applikanti għandhom jingħataw spjegazzjoni għaliex l-ilmenti tagħhom ma ġewx indirizzati b’mod pożittiv.
L-applikanti jistgħu jużaw ukoll il-Proċedura Interna għall-Ilmenti biex jirrappurtaw nuqqas li d-dati ta’ skadenza jiġu osservati jew li jintbagħtu notifiki. F'dawk il-każijiet fejn it-talba għal informazzjoni tista’ titwettaq, iżda ma titwettaqx sad-dati ta’ skadenza speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jħassar kwalunkwe miżata applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.