It-Taqsima tal-Kundizzjonijiet tas-Servizz fi ħdan id-Direttorat għar-Relazzjonijiet man-Nies għandha rwol ċentrali fit-tfassil u l-monitoraġġ ta’ policies, dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg, il-benefiċċji u l-obbligi relatati tal-uffiċjali pubbliċi.
It-Taqsima sservi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-Ministeri u entitajiet responsabbli rigward il-ħlas ta’ allowances, overtime, opportunitajiet indaqs fl-impjiegi, ħinijiet tax-xogħol, intitolamenti ta’ leave inkluż il-leave għal vaganzi, il-leave għall-mard u leave speċjali, kif ukoll il-miżuri favur il- bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u prattiki moderni fuq il-post tax-xogħol.
Dan l-uffiċċju jieħu ħsieb ukoll talbiet għar-rilaxx ta’ impjegati pubbliċi biex jaħdmu ma’ Trade Unions u Organizzazzjonijiet Volontarji.
Sabiex tiżgura l-konformità u li jiġu osservati l-policies u r-regolamenti relatati mal-immaniġġjar tan-nies u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, it-taqsima twettaq kontrolli regolari fil-Ministeri responsabbli.